Friday, December 20, 2024

Raġel ma jinstabx ħati li abbuża min-neputija wara li din waqqgħet il-każ li fetħet kontrih

Aqra wkoll

Raġel li ismu ma’ jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ma nstabx ħati li abbuża sesswalment lin-neputija tiegħu. Dan wara li n-neputija stess waqqgħet il-każ li fetħet kontrih.

Fil-Qorti intqal li l-proċeduri bdew fl-2015, fejn hu kien akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali man-neputija tiegħu, li kienet taħt il-15-il sena.

Intqal ukoll li l-akkużat beda jiġi investigat wara li l-Pulizija rċeviet rapport mingħand it-tfajla, fejn allegat li huwa kien jgħaddi kummenti sesswali, li kien iħobb joqgħod bla ħwejjeġ quddiemha u li kien hemm mumenti meta mess il-parti privatatagħha.

Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, it-tfajla qalet li ma xtaqitx tixhed kemm għax l-akkużat jiġi zijuha u li qed tagħmel dan biex tieħu ħsieb is-saħħa mentali tagħha.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li mill-provi li tressqu quddiemha l-akkużi ma ġewx pruvati u għalhekk illiberat lir-raġel minn kull akkuża.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Clayton Camilleri.

Ekonomija

Sport