Raġel mill-Mauritius mixli li kważi 6 snin ilu stupra mara fuq vapur tal-passiġġieri

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena mill-Mauritius baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli li kważi 6 snin ilu stupra mara fuq vapur tal-passiġġieri.

Ir-raġel, Rajiv Rawoo, kien mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li wettaq dan ir-reat fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Ottubru 2020.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ allegatament seħħ waqt li l-bastiment kien qed ibaħħar f’ibħra internazzjonali, iżda minħabba li l-bastiment irreġistrat Malta, il-proċeduri ttieħdu quddiem il-Qrati Maltin.

Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat u għalhekk l-Qorti ordnat li l-akkużat jibqa’ jinżamm arrestat. Il-prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur l-allegata vittma liema talbet kienet milqugħa mill-Maġistrat Grima.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Avukat Cynthia Tomasuolo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Dorianne Tabone.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport