Thursday, January 30, 2025

Raġel mixli b’sensiela ta’ serqiet u theddid fuq l-eks sieħba

Aqra wkoll

Ephrem Bezzina ta’ 30 sena minn Ħal Tarxienkien akkużat quddiem il-Maġistrat Maġistrat Marse-Ann Farrugia b’sensiela ta’ serqiet kif ukoll li hedded u insulta lill-eks sieħba tiegħu.

L-Ispettur Gabriel Kitcher qal quddiem il-Qorti li bezzina kkopera mal-investigaturi u anke ammetta li seraq darbtejn minn ħanut tal-ġugarelli.

Hu kompla jixhed li waqt li kien qiegħed jiġi arrestat, ġie informat mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika li l-eks sieħba tiegħu kienet għamlet rapport li Bezzina kien kiser ordni ta’ trażżin fil-konfront tagħha.

Skont ir-rapport li għamlet il-mara, l-akkużat kien heddidha u xi drabi bagħtha tisraq għalih. L-Ispettur qal minħabba din id-dikjarazzjoni li għamlet il-mara mhux jeskludi li hi wkoll tiġi investigata u titressaq il-Qorti.

Min-naħa tiegħu l-akkużat qal lill-pulizija li sal-ġurnata ta’ qabel ma sar ir-rapport hu kien għadu f’relazzjoni mas-sieħba, u kienu ftemu li jwettqu serqa oħra flimkien wara li jbiegħu l-affarijiet lil xi nies li kienet sabithom hi stess.

Bezzina wieġeb mhux ħati tal-akkużi filwaqt li l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport