Wednesday, April 24, 2024

“Robert jemmen li bl-opportunitajiet u l-għodod kulħadd jirnexxi” – Lydia Abela

Aqra wkoll

“Robert dejjem kellu sens qawwi ta’ ġustizzja. Li kulħadd għandu jkollu opportunità. Li kulħadd għandu jkun rispettat. Li kulħadd għandu jingħata sostenn”, Hekk bdiet biex tiddeskrivi lil żewġha, mart il-Prim Ministru Robert Abela.

Lydia Abela f’kumment ma’ Talk.mt qalitilna li temmen li dan joħroġ ħafna mill-ħidma tiegħu bħala Prim Ministru. Żiedet tgħidilna li “r-riformi li għamel fejn tidħol is- saltna ta’ dritt, r-riformi biex aktar nisa jkunu rappreżentati fil-parlament, il-bidliet fil-liġi tad-divorzju, fost l-oħrajn, kollha għandhom linja waħda.”

Is-Sinjura Abela qalet li din il-linja tinkludi li jitnaqsu t-tbatijiet, l-ingustizzji, li jingħataw ċansijiet ġodda. Qalet ukoll li bħala progressiv hu jemmen li jekk jingħata l-opportunitajiet u l-għoddod neċessarji kulħadd jirnexxi, u dik hija s-soċjetà li jrid jibni.

“Soċjetà aħjar għal uliedna”, tenniet is-Sinjura Abela.

Sport