Fl-età ta’ 44 sena, Roderick Briffa għadu mhux lest li jieqaf mil-logħba li tant iħobb!
Dan hekk kif il-midfielder veteran ġie ppreżentat bħala akkwist ġdid għat-tim mill-Amateur League 2 Msida St Joseph, u b’hekk ikompli vjaġġ notevoli fil-futbol.
Matul il-karriera tiegħu, Briffa lagħab ma’ Pietà Hotspurs, Birkirkara, Sliema Wanderers, Valletta, Gżira United, Mosta u Victoria Hotspurs, u kiseb reputazzjoni bħala wieħed mill-aqwa midfielders ta’ Malta.
Huwa laħaq ukoll it-tragward inkredibbli ta’ 100 dehra mat-tim nazzjonali Malti u skorja darba għal pajjiżna.
Briffa rebaħ l-unur tal-MFA Player tas-Sena darbtejn matul iż-żmien tiegħu ma’ Valletta, fl-istaġuni 2010–11 u 2015–16.
L-età hija biss numru!

