Il-Ġimgħa kienet il-ġurnata tal-midfieler Ingliż Ruben Loftus Cheek li ngħaqad ma’ AC Milan b’mod uffiċjali.
Il-plejer ta’ 27 sena lbieraħ filgħodu mar jagħmel it-testijiet mediċi fil-klinika ta’ Milan u matul ix-xahar id-dieħel ikun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Stefano Pioli.
Hu kkalkulat li AC Milan taw €20 miljun lil Chelsea, il-klabb fejn hu kien reġistrat.
Loftus Cheek lagħab ukoll għaxar darbiet mat-tim nazzjonali Ingliż.