Matul tmiem din il-ġimgħa f’Għawdex kien hawn diversi attivitajiet marbutin mal-festa ta’ San Valentinu

Dawn ġew organizzati mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, fosthom, kunċert bit-tema “Għawdex Inħobbok” fi Pjazza t-Tokk fejn ħadu sehem il-Versatile Brass, Cash & Band filwaqt il-mistieden speċjali kien Ivan Grech.

Attività oħra ġiet organizzata fil-ġonna ta’ Villa Rundle, attivitajiet biex jattiraw aktar turiżmu intern lejn il-gżira Għawdxija.

Għal dan il-jum il-ġnien pubbliku libes libsa differenti fejn kien hemm proġrammi li jvarja minn attivitajiet kulturali kif ukoll wirjiet atriġjanali, izda l-iktar li spikka fost il-tfal kienet it-tpinġija fuq il-wiċċ li kienet qed issir mingħajr ħlas.

Spikkaw ukoll persuni li kienu lebsin ta’ cupid u ta’ mickey mouse, persuna oħra libset ta’ Isqof biex tirrepresenta lil dan il-qaddis San Valentinu, kief ukoll stands li kienu qed ibiegħu diversi oġġetti marbuta ma dan il-jum.

