Friday, March 15, 2024

Senglea Athletic jirbħu s-Sezzjoni D tan-National Youth League

Aqra wkoll

Senglea Athletic rebħu s-Sezzjoni D tan-National Youth League meta fil-partita li kellhom ilbieraħ huma għelbu lil Żurrieq bl-iskor ta’ 4-0.

Minkejja li għad fadal tliet logħbiet għal tmiem il-kampjonat, it-tim mill-Kottonera ma jistax jiġi milħuq mit-tieni tim Marsaskala hekk kif għandu għaxar punti vantaġġ f’ras il-klasssifika.

Huma anke għandhom l-aqwa attakk u difiża tas-sezzjoni tagħhom bil-goalkeeper Luke Cocker li ilu erba’ logħbiet ma jaqla’ gowl.

Fil-logħba kontra l-Iskalin, Shaban Chikh Ali skorja doppjetta għal Senglea b’Charlton Farrugia u Mason Fiteni li żiedu aktar gowls.

Ekonomija

Sport