Sensiela ta’ riżultati pożittivi għat-timijiet tal-irġiel u tan-nisa

- Intervista mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo 

Aqra wkoll

Fl-aħħar snin, it-tim nazzjonali Malti baqa’ dejjem jikber u f’dawn l-aħħar ġimgħat kiseb dejjem aktar suċċessi. It-tim tal-irġiel lagħab tliet logħbiet mingħajr ma sofra telfa, u t-tim tan-nisa qed ikompli juri s-saħħa tiegħu, din il-ġimgħa stess, b’rebħa kontra l-Lussemburgu.

F’intervista, il-President tal-Malta Football Association (MFA), Bjorn Vassallo, spjega x’wassal għal dawn ir-riżultati, il-ħidma li qed issir mat-timijiet ta’ etajiet differenti u t-tħejjijiet għal-logħbiet li jmiss.

Din l-amministrazzjoni kellha l-aqwa riżultati miksuba fl-istorja tal-Futbol Malti

Il-President tal-MFA spjega kif it-tim nazzjonali Malti tal-Irġiel issa ilu ħames partiti konsekuttivi ma jitlef u fil-kompetizzjoni tal-UEFA Nations League, “ninsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’logħba wahda li minnha jonqosna niksbu punt biex nikkonfermaw l-ewwel post fil-grupp”. 

Huwa qal li t-tim qiegħed ikollu prestazzjonijiet tajba u jikseb riżultati pożittivi mhux b’sorpriża, wara kollox sar ħafna investiment u fl-aħħar sena u nofs taħt it-tmexxija tal-kowċ Taljan Emilio De Leo bidlu wkoll l-istil tattiku li jilgħabu bih. 

Huwa saħaq li fit-tim hemm plejers żgħażagħ u oħrajn ta’ esperjenza li għandhom kemm determinazzjoni jilħqu tragwardi li qatt ma ntlaħqu mit-tim nazzjonali u kif ukoll kwalita’ individwali li tagħti xi ħaġa żejda kontra l-avversarji. 

Vassallo qal li r-riżultati ma bdewx jaslu fl-aħħar ġimgħat biss, din l-istess skwadra diġa’ tat prestazzjonijiet importanti u kisbet riżultati tajbin ħafna fl-aħħar kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fejn ażżarda jgħid li l-5 punti miksuba setgħu kienu ferm aktar bi ftit aktar attenzjoni. 

“Imma minn kull perkors titgħallem u llum wara sena u nofs ta’ ħidma il-grupp ta’ plejers qiegħdin jaffrontaw il-konfronti b’aktar kunfidenza u konsapevoli mill-fatt li nistgħu naddottaw l-istil ta’ logħba tagħna mingħajr ma niddejjqu mill-avversarji.” Kkonkluda Bjorn Vassallo.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport