Sunday, May 5, 2024

Serie A: Jose Mourinho kontra l-eks team tiegħu Inter

Aqra wkoll

Meta tintlagħab it-tmien ġurnata tal-Kampjo­nat Taljan, l-attenzjoni prin­ċipali ddur fuq il-coach Portugiż ta’ Roma, José Mou­rinho, li se jiffaċ­ċja lill-eks team tiegħu Inter li magħhom rebaħ it-Treble fl-2010.

Inter v Roma – Roma imorru għand Inter b’inte­ress partikolari fejn il-coach José Mourinho jippjana kif se jegħleb lin-Nerazzurri li bejn l-2008 u l-2010 rebaħ kollox magħhom.

Iż-żewġ timijiet jimmi­raw li jirritornaw għar-rebħ meta fl-aħħar ħar­ġa tagħ­hom Roma sfaw megħluba f’darhom minn Atalanta 1-0 filwaqt li Inter ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Udi­nese.

Iż-żewġ timijiet għandhom bosta players li qed jirkupraw minn injury. Għal Roma hemm Lorenzo Pellegrini, Rick Kalsdorp, Ebrima Dabroe u Georginio Wij­naldum filwaqt li għal Inter hemm Hakan Calhanoglu, Romelu Lukaku u Marcelo Brozovic b’dan tal-aħħar ikun sospiż.

Napoli v Torino – Il-ko-leaders Napoli jimmiraw li jkomplu għaddejjin bis-sensiela ta’ riżultati pożittivi meta jilqgħu lil Torino. 

It-team immexxi minn Luciano Spalletti qed ikun eċċezzjonali fil-logħob tie­għu hekk kif, flimkien ma’ Atalanta, għadu mingħajr tel­fa.

Min-naħa tagħhom, Torino qed ikollhom kampjonat sodisfaċenti hekk kif irreġistraw għaxar punti minn seba’ logħbiet u jinsabu f’nofs il-klassifika.

Napoli se jkunu mingħajr Matteo Politano u Victor Osimhen filwaqt li Torino għandhom erba’ players neqsin li huma Pietro Pellegri, Mergim Vojvoda, Sa­muele Ricci u Alexey Miranchuk.

Atalanta v Fiorentina – It-team sorpriża ta’ dan l- istaġun, Atalanta, jilqa’ lil Fio­rentina.

It-team immexxi minn Giampiero Gasperini jinsab jaqsam l-ewwel post tal- klassifika ma’ Napoli.

Ispirati mill-midfielder Olandiż, Teun Koopmei­ners, il-Bergamaschi qed iwar­rbu għal kollox l-isfida tal-avversarji  biex kisbu r- rispett u qed jitqiesu bħala sfidanti denji għar-rebħ tat-titlu.

Min-naħa tagħhom, Fio­rentina kien mistenni ħafna aktar minnhom hekk kif jinsabu f’nofs il-klassifika.

Huma għandhom bosta players imweġġgħin fost­hom lil  Sofyan Amrabat, Dodo, Nikola Milenkovic, Gaetano Castrovilli u Pier­luigi Gollini.

Min-naħa tagħhom, Atalanta se jkollhom jgħaddu mingħajr Juan Musso, Duvan Zapata u Berat Djimsiti.

Juventus v Bologna – Wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Monza, Juventus ma jistgħux ifallu meta jospitaw lil Bologna.

Bħalissa l-Bianconeri jin­sabu fi kriżi u jridu jagħrfu kif jirriorganizzaw lilhom infushom meta jinsabu fit-tmien post bil-biżgħa li jistgħu jitilfu l-kuntatt mat-ti­mi­jiet ta’ fuq.  Barra minn hekk huma jinsabu distakkati b’seba’ punti mil-leaders.

Huma għandhom lista ta’ players imweġġgħin, b’Angel Di Maria huwa sospiż.

Sport