Sewwieq ta’ mutur li għandu 69 sena residenti ż-Żejtun jinsab bi ġrieħi gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:00. a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Piaggio Vespa misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Volkswagen misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti l-Mosta.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.