Friday, September 30, 2022

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-Iklin

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tal-11:00 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Tal-Balal, l-Iklin.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 54 sena residenti Birkirkara u Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara wkoll.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija
Delicious

Sport