Sunday, November 24, 2024

Sirens jirbħu l-BOV Knockout tal-Water Polo tan-Nisa

Aqra wkoll

It-tim tan-Nisa tal-Water Polo ta’ Sirens rebaħ il-BOV Knockout tal-Water Polo tan-Nisa biex kisbu l-unuri kollha f’dan l-istaġun.

Sirens iffaċċjaw lir-rivali tagħhom Sliema fil-finali, fejn it-tim minn San Pawl il-Baħar ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 14-11 biex għollew l-aħħar unur tal-istaġun tan-nisa.

Sirens bdew b’saħħithom ħafna u ħadu vantaġġ fil-bidu tal-ewwel sessjoni ta’ 4-0 bi Sliema jippruvaw j[ibu l-iżbilanċ b’2 penalties minn Sara Centani bil-captain ta’ Sirens Denise Micallef tiskurja fl-aħħar sekonda biex tagħmel l-iskor 6-3. Sirens marru għall-bidla ta’ naħat b’vantaġġ ta’ 8-4 u amministraw il-vantaġġ tagħhom fit-tieni taqsima biex temmew it-tielet sessjoni 11-7 u għalqu l-logħba 14-11.

Sirens irċevew It-trofew tal-BOV Knockout Trophy mingħand Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u Randolph Cauchi, Viċi-President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta, liema trofew żiedu mal-ASA Super Cup, il-BOV Kampjonat tax-Xitwa, u l-Kampjonat tas-sajf Winter League u t-trofej tal-BOV Summer Championship li rebħu. dan l-istaġun.

Il-Bank of Valletta ilu sostenitur ewlieni tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta mill-2008, u jkompli jippromwovi l-isports bħala parti minn stil ta’ ħajja attiv u aktar b’saħħitħa f’din il-50 sena tal-operat tiegħu.

Sport