Saturday, December 21, 2024

Sirjan jinżamm arrestat wara li sawwat lil martu

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 23 sena residenti Marsaskala nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li sawwat lil martu darbtejn u kkaġunalha ġrieħi ħfief.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit spjegat li f’Awwissuq, l-imputat ħebb għal martu b’ħadida u li f’dak il-perjodu l-imputat kien qiegħed jiġi mfittex.

Ingħad li l-Pulzija rċivew rapport ieħor mingħand il-vittma nhar il-Ħamis li għadda, fejn il-vittma spjegat mal-Pulizija li wara li hi u r-raġel tagħha qattgħu lejl flimkien ġewwa Paceville, allegatament dan qabad isawwatha, bil-konsegwenza li hi kienet qed issofri minn xi ġrieħi.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Id-Difiża mmexxija mill-avukat Nicholas Mifsud jagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-vittma għadha trid tixhed. Qalet ukoll li l-Pulizija rriżultalha li l-akkużat ilu Malta illegalment għal madwar ħames snin. Kiena għalhekk li l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Micallef Stafrace ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest

Ekonomija

Sport