Sunday, December 22, 2024

“Skuża fażulla” – Jilmentaw li ma jitħallewx jidħlu fil-gallerija tal-Parlament

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-iskuża hija l-pandemija u din hija skuża fażulla.”

Hekk qal Manuel Delia hekk kif dalgħodu hu flimkien mal-grupp Repubblika ma tħallewx jidħlu fil-gallerija tal-Parlament.

F’kummenti lill-midja quddiem il-Parlament, Delia qal: “Aħna nirrispettaw ir-regoli u l-liġijiet kollha. Ma jridx lilna naraw lid-Deputati tagħna u nsegwu mill-viċin lid-Deputati tagħna x’se jagħmlu b’Malta. Nistgħu narawhom fuq it-televiżjoni jgħidulna imma aħna lid-Deputati rridu narawhom jarawna meta jagħmlu din id-diskussjoni. Irridu li jkunu jafu li qegħdin għassa tagħhom. Kull parlament fid-dinja għandhom ‘Stranger’s gallery’ għal dik ir-raġuni, jiġifieri m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-esklużjoni tagħna.”

Żied jgħid: “Irridu nibdlu Malta fejn ma jkollnix pajjiż fejn il-Parlament huwa bieb magħluq, fortizza għal xejn qisna ġejna nwaqqgħuh li jeskludi liċ-ċitaddini tiegħu stess. Huwa dritt tagħna u l-obbligu tagħhom li jiftħulna l-bibien u naraw x’qed jagħmlu biex ibiddlu lil dan il-pajjiż.”

Ekonomija

Sport