Saturday, December 21, 2024

Sliema jirbħu l-BOV Knockout tal-Water Polo 

Aqra wkoll

Sliema ASC huma r-rebbieħa tan-Knockout BOV tal-Water Polo..

Sliema temmew id-dominanza ta’ San Giljan fix-xena tal-waterpolo lokali fejn għelbuhom 17-13 fil-Finali.

Sliema marru fuq l-offensiva mill-bidu u bnew vantaġġ qawwi grazzi għal 7 gowls ta’ Giacomo Cannella u kienu fil-vantaġġ 10-6 f’nofs it-tieni sessjoni. San Giljan kisbu 2 gowls lura bl-iskor ta’ 10-8 għal Sliema fin-nofs ħin.

Żewġ gowls kull wieħed miż-żewġ naħat żammew lil Sliema 2 gowls minn fuq b’Jayden Cassar jiskorja minn rebound xutt ta’ Dino Zammit fuq il-lasta biex poġġa lill-Blues 13-10 minn fuq fi tmiem it-tielet sessjoni.

Jeremy Abela u Nicholas Bugelli għamluhom 13-12. Giacomo Cannella skurja 3 oħra inkluż xutt minn 15-il metru biex ġab it-total ta’ gowls tiegħu għal 10 gowls u għamel l-iskor 16-12 2 minuti mit-tmiem. Darren Zammit skorja għal San Giljan b’Liam Galea jwieġeb għal Sliema biex żammew vantaġġ ta’ 4 goals sa tmiem il-partita.

Ernest Agius, Chief Officer tal-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw lil Sliema bit-Tazza BOV Water Polo Knockout fost il-ferħ tal-folla kbira ta’ partitarji ta’ Sliema preżenti fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal- Qroqq.

Il-Bank of Valletta din is-sena qed jiċċelebra l-50 Anniversarju tiegħu u huwa impenjat lejn komunità lokali aktar b’saħħitha permezz tal-appoġġ estensiv tiegħu lejn attivitajiet sportivi f’Malta u Għawdex biex jinkoraġġixxi stil ta’ ħajja aktar attiva.

Ekonomija

Sport