Wednesday, December 25, 2024

Snooker Ewropew: It-tliet timijiet Maltin jikkwalifikaw għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

It-Tnejn, it-tliet timijiet Maltin li qed jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-timijiet tal-irġiel f’Albufiera, l-Portugal komplew b’wirijiet mill-aktar positivi fejn reġgħu rebħu l-konfronti kollha li kienu involtu fihom.

It-tliet timijiet rebħu l-grupp rispettiv tagħhom fejn wara li għalqu l-logħbiet kollha ta’ din fażi, Malta 3 ta’ Joseph Casha u Philip Ciantar spiċċaw bl-aħjar riżultati mit-tnax li tim li ħadu sehem u warajhom eżatt fit-tieni post ġew ikklasifikati Alex Borg u ibnu Isaac Borg li huma rreġistrati bħala Malta 2. It-tim l-ieħor, Malta 1, magħmul minn Aaron Bustttil u Chris Peplow minkejja li rebħu l-grupp ukoll kellhom jisfurzaw play-off biex ikkwalifikaw għal kwarti finali.

Filgħodu Malta 1 iffurmat minn Aaron Bustttil u Chris Peplow rebħu kontra l-Ukranja 1 (Denys Khmelevskyi/Iulian Boiko), 3-1, filwaqt tard filgħaxija fl-ewwel round tan-knock out għelbu fil-frame deċiżiv lil Isle of Man (Darryl Hill/Dollin Mercer), 3-2, wara li kienu żewġ frames vantaġġ.

Malta 2 ta’ Alex Borg u Isaac Borg, f’logħba li ħadet aktar minn tliet sigħat, ħargu rebbieħa 3-2 kontra Irlanda 2 (Greg Casey/Mark Walsh) u wara nofs in-nhar fl-waħda mill-aħħar logħbiet tal-gruppi, Malta 3 magħmul minn Joseph Casha u Philip Ciantar rebħu lil Portugal 1 (Guilherme Lemos/Francisco Ferreira), 3-1.

B’hekk it-Tlieta, mit-tmien timijiet li avvanzaw għal kwarti finali ta’ din l-edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-timijiet tal-irġiel insibu t-tliet timijiet Maltin li kollha ser jilgħabu, filgħodu, fl-istess ħin, mejda ħdejn mejda, fl-istess sala.

Fi kwarti finali 1, Malta 3 ta’ Joseph Casha u Philip Ciantar jiltaqgħu kontra Denys Khmelevskyi/Iulian Boiko (Ukraine 1). Il-kwart finali 3 tara lil Aaron Busuttil u Chris Peplow bħala Malta 1 jilgħabu kontra l-Awstrija (Florian Nusle/Paul Schopf) filwaqt li fir-raba’ u l-aħħar kwarti finali Malta 2 iffurmat Alex Borg u Isaac Borg jaffrontaw lil Franza 2 (Fabian Monnin/Brian Ochoiski).

It-tliet kwarti finali tat-timijiet Maltin ser ikunu dawn:

11.00 a.m.Joseph Casha/Philip Ciantar (Malta 3)vsDenys Khmelevskyi/Iulian Boiko (Ukranja 1)
11.00 a.m.Aaron Busuttil/Chris Peplow (Malta 1)vsFlorian Nusle/Paul Schopf  (Awstrija)
11.00 a.m.Alex Borg/Isaac Borg (Malta 2)vsFabian Monnin/Brian Ochoiski (Franza 2)

It-tliet timijiet Maltin jikkwalifikaw kollha għal kwarti finali

Ekonomija

Sport