Wednesday, June 10, 2026

“Soċjetà ġusta tinbena fuq id-dinjità tal-persuna, li tiġi qabel kull liġi tal-Istat”

- Papa Ljun XIV

Aqra wkoll

Papa Ljun XIV sar l-ewwel kap tal-Knisja Kattolika li ndirizza  l-Parlament Spanjol fejn tkellem mal-politiċi dwar diversi temi.

B’applaws ma li dan għaddej madwar sitt minuti, Papa Ljun qal li “Soċjetà ġusta tinbena fuq id-dinjità tal-persuna, li tiġi qabel kull liġi tal-Istat”.

Hu tkellem dwar l-abort, l-immigrazzjoni, il-gwerra u anke l-inteliġenza artifiċjali.

Il-Papa saħaq li soċjetà ġusta tinbena fuq id-dinjità tal-persuna, li tiġi qabel kull liġi tal-Istat. Dwar il-ħajja, huwa ddikjara li d-difiża tagħha mhix kwistjoni ta’ interess partikolari jew reliġjuż, iżda “mira ta’ ċiviltà” mill-konċepiment sal-mewt naturali. Huwa enfasizza r-rwol tal-familja bħala l-pedament tas-soċjetà u ddefenda d-dritt tal-ġenituri li jagħżlu l-edukazzjoni ta’ uliedhom.

Dwar il-migrazzjoni, il-Papa appella biex il-fenomenu ma jitqiesx biss mil-lat ekonomiku, iżda bħala kwistjoni morali u ġuridika. Huwa talab “mogħdijiet sikuri u legali” u rispons Ewropew koordinat, filwaqt li fakkar ukoll fid-dritt tan-nies li jibqgħu f’pajjiżhom.

Meta rrefera għax-xenarju internazzjonali, ikkundanna l-gwerra bħala “telfa tan-negozjati” u wera tħassib dwar it-tlielaq għall-armamenti fl-Ewropa. Dwar l-AI, huwa appella għal viġilanza etika stretta biex deċiżjonijiet dwar il-ħajja u l-mewt ma jitħallewx f’idejn ir-robots. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-politiċi biex “jiddiżarmaw il-lingwaġġ” tagħhom sabiex il-pluraliżmu ma jiddeġenerax f’disprezz tal-avversarju.

Bħala konklużjoni, il-Papa Ljun XIV fakkar lil dawk li jfasslu l-liġijiet li l-kobor ta’ liġi ma jiddependix biss mill-approvazzjoni formali tagħha, iżda minn kemm tirrispetta d-dinjità tal-bniedem, speċjalment ta’ dawk l-aktar dgħajfa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport