Il-futur tal-midfielder żagħżugħ Taljan Stefano Sensi mhux se jkun ma’ Inter hekk kif id-diriġenti tal-klabb se jippruvaw ibigħuh lil xi klabb prospettiv.
Il-kuntratt ta’ Sensi se jiskadi fl-2024 u i Nerazzurri jridu jieħdu xi ħaġa tal-flus tiegħu minħabba li hu donnu ma jridx iġedded.
Matul l-istaġun li għadda, Sensi kien b’self ma’ Monza Calcio fejn kellu mumenti ferm tajbin.
Sadanittant, Inter jridu lil Boulaye Dia fl-attakkk tagħhom minħabba li spikka ferm ma’ Salernitana matul l-istaġun li għadda.