Skont l-ewwel stħarriġ tal-Professur Vincent Marmara wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, jindika vantaġġ għall-Partit Laburista fuq il-Partit Nazzjonalista.
Skont l-istħarriġ ta’ Sagalytics, meta l-parteċipanti ġew mistoqsija lil min jivvutaw kieku ssir elezzjoni ġenerali għada, 48% għażlu lill-Partit Laburista, 38.8% lill-Partit Nazzjonalista u 2% lil partiti oħra, filwaqt li 11.2% kienu indeċiżi.
Wara l-applikazzjoni tal-mudell statistiku fuq dawk li ma tawx tweġiba, l-istima tal-appoġġ elettorali kienet:
🔴 Partit Laburista – 52.2%
🔵 Partit Nazzjonalista – 44.1%
🟢 Partiti oħra – 3.7%
L-istħarriġ sar bejn id-19 u l-25 ta’ Novembru 2026 fost kampjun ta’ 1,000 persuna ta’ 16-il sena jew aktar, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95% u marġni ta’ żball ta’ ±3.1 punti perċentwali.
