Wednesday, April 24, 2024

Studju juri li atleti trans ikollhom vantaġġ minimu fuq atleti oħrajn

Aqra wkoll

Din is-sena, Laurel Hubbard, li hija atleta transesswali mara, kienet fuq fomm ħafna dilettanti tal-isports. Hubbard, li hija atleta fid-dixxiplina tal-weightlifting u li rrappreżentat lil New Zealand fl-Olimpjadi ta’ din is-sena kienet iċ-ċentru ta’ diskussjoni bejn dawk li jaqblu li l-atleta għandha tikkompeti f’kompetizzjonijiet femminili u dawk li jsostnu li Hubbard kellha tikkompeti mal-kumplament tal-irġiel.

Din il-polemika, qanqlet f’ħafna nies kurżità dwar jekk atleta li tkun qalbet is-sess minn raġel għal mara tgawdix minn vantaġġ kompetittiv fuq l-avversarji femminili. Fl-aħħar jiem, kien iffinalizzat studju, li kien ikkummissjonat minn Sports Councils Equality Group, ibbażati fir-Renju Unit. Ir-riżultati finali u skont l-ewwel iddikazzjonijiet ta’ dan l-istudju jidher li atleti transesswali jgawdu minn vantaġġ kompetittiv minimu fuq avversarji femminili.

L-SCEG tirrakkommanda li tkun maħluqa kategorija miftuħa għal atleti transesswali, minflok jikkompetu fil-kategoriji tal-irġiel jew tan-nisa.

Sport