It-tielet edizzjoni tal-festival ta’ Sweet Tooth f’Għawdex tista’ titqies bħala suċċess hekk kif mijiet ta’ nies fosthom tfal żaru din l-attività matul il-ġurnata tal-lum li saret fil-ġodda tal-Villa Rundle fir-Rabat.

L-attività saret bl-għajnuna finanzjarja tal-Ministeru għal Għawdex u mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali

Il-ġodda ta’ Villa Rundle inbidlu f’diversi stalls ta’ kull xorta ta’ ħelu kif ukoll diversi logħob u divertiment ieħor għat-tfal. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri attenda għal din l-attività fejn fost l-oħrajn qassam iċ-ċertifikati lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-aqwa kejk imżejjen.



