Il-Memorial Cup hija avveniment annwali li jikkommemora l-mewt ta’ bowlers lokali li kellhom sehem qawwi fit-tiswir tal-isport tagħna f’Malta. Huwa avveniment mistenni bil-ħerqa u fil-fatt kellna kumpliment sħiħ ta’ 40 bowler (11-il mara u 29 raġel) li ħadu sehem
Mallia trijonfa fit-taqsima maskili b’total ta’ 1333, quddiem Matthew Magro (1305) u Kayden Lagana’ (1296), li t-3 kollha lagħbu mingħajr handicap miżjud, filwaqt li Abela lagħbet punteġġ notevoli ta’ 1394 (medja ta’ 232 scratch, + handicap ieħor ta’ 18-il pin) biex rebħet it-taqsima tan-nisa quddiem Cynthia Frendo Duca (1215 b’handicap) u Melissa Swift (1194 b’handicap).

