Monday, December 9, 2024

Surġent tal-Pulizija se titressaq il-Qorti b’rabta ma’ żvelar t’informazzjoni

Aqra wkoll

Surġent tal-Pulizija mara se tkun qiegħda titressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Victor Axiak aktar tard illum għall-ħabta tas-1:00 p.m.

Hija se tkun qiegħda titressaq il-Qorti wara investigazzjonijiet b’rabta ma’ żvelar ta’ informazzjoni lil terzi persuni.

Fi stqarrija maħruġa minnha l-Pulizija qalet li l-Korp tal-Pulizija jisħaq li ma jittollera ebda abbuż, ikun min ikun, anke minn membri tiegħu stess.

Ekonomija

Sport