Sunday, December 22, 2024

Ta’ 14 -il sena qalulha li għandha tumur u għalhekk kellha titla’ l-Ingilterra

Aqra wkoll

“Yasmeen għandha 14-il sena u f’Novembru qalulha li għandha tumur. Qalulha wkoll li kellha titla b’urġenza l-Ingilterra sabiex tibda t-trattament immedjatament”. Dan kien il-messaġġ li wassal Puttinu Cares fuq il-paġna ta’ Facebook. 

Huma spjegaw kif il-familja sabu lil Puttinu Cares ta’ spalla. Dan għaliex Puttinu, ipprovdielhom appartament sabiex jkunu jistgħu joqogħdu fih b’xejn sakemm Yasmeen iddum barra minn Malta tieħu l-kura.

Ġie spjegat kif Yasmeen, ilha tieħu l-kura fl-Ingilterra għal madwar erba’ xhur u li fadlilha minn tal-inqas sa Settembru li ġej tieħu t-trattament hemmhekk. Fl-istess ritratti, li ppublikaw Puttinu stess jidhru żewġ patrijiet, Fr. Joseph u Fr. Mario. Skont Puttinu, dawn jagħmlu ġid kbir mal-pazjenti fl-Ingilterra. 

Intant, fil-Gimgha l-Kbira Yasmeen ħa tkun qed tissaportja lil Puttinu u titlobkom sabiex  tagħmlu l-istess sabiex b’hekk tkunu qed tissapportjaw lilha stess.  

Ekonomija

Sport