Clarence Pace hu t-Tabib Ewlieni l-ġdid tal-Gvern.
Stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa spjegat li Dr Pace huwa fost oħrajn konsulent u kirurgu tal-għonq u r-ras u għal dawn l-aħħar disa’ snin, kien jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.
Dr Pace temm il-kwalifika doppja ta’ undergraduate tiegħu fil-mediċina fl-2005 u d-dentistrija fl-1999 fl-Università ta’ Malta u wara, kompla t-taħriġ kirurġiku tiegħu fir-Renju Unit.
Il-Ministru Jo Etienne Abela rringrazzja lil Dr Walter Busuttil tal-ħidma tiegħu tul l-aħħar snin u awgura lil Dr Pace fl-irwol il-ġdid tiegħu.