Monday, May 13, 2024

Table-tennis: Plejers Maltin jiksbu kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew

Aqra wkoll

Team MITTC magħmul minn Umberto Borg Cardona, Daniel Bajada, James Vella Vidal u Amirreza Abbasi, ikkwalifika sabiex jilgħab fil-kampjonat Ewropew tat-Table Tennis

Bħalissa dan it-tim jinsab fl-aħħar gimgħa ta’ preparamenti tekniċi u taħriġ fil-Germanja. Dan il-kamp qed jiġi mmexxi mill-kowċ Tom Wetzel li qed jintensifika t-taħriġ tiegħu sabiex il-plejers Maltin ikunu ferm ippreparati.

Sadanittant, MITTC għandhom ukoll l-atleta Maltija Anthea Cutajar li ngħaqdet mat-tim tal-irġiel sabiex tipprepara ruħha għall-kampjonat Franċiż hekk kif se tkun qed tilgħab ma’ Team Ronq Uljap.

Team MITTC se jibda l-logħob uffiċjali tiegħu fil-European Cup fil-belt Olandiża ta’ Zoetermeer fit-23 ta’ Settembru li ġej.

Sport