Sunday, December 29, 2024

Taljan jammetti li tah daqqa b’rasu f’wiċċu fir-runway tal-ajruport

Aqra wkoll

Taljan ta’ 32 sena llum ġie mixli li kkaġuna ġrieħi gravi f’wiċċ raġel u li anke kiser il-bon ordni. Dan wara li lbieraħ inqala argument bejn it-Taljan u raġel ieħor dwar il-pożizzjoni tal-cones li jkun hemm fuq ir-runway tal-ajruport.

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia ntqal li l-irġiel jaġdmu ma’ kumpaniji differenti tal-avjanzzjoni. Jirriżulta li l-ġrieħi ġew ikkaġunati meta l-irġiel kienu wiċċ imb wiċċ u l-akkużat ta daqqa b’rasu lir-raġel l-ieħor f’wiċċu.

Meta t-Taljan ġie mistoqsi xi wieġeb għal akkużi fil-konfront tiegħu, hu ammetta mill-ewwel.

Il-Qorti lliberat lit-Taljan bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin filwaqt li ġiet imposta fuqu ordni ta’ trażżin għal tliet snin li ġejjin. Il-Qorti wkoll ordnat divjett fuq l-isimijiet tal-persuni nvoluti u anke fuq l-ismijiet tal-kumpanija li magħhom jaħdmu.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Avukat Federico Barbaro-Sant mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mill-Ispettur Roxanne Tabone. Għall-akkużat deher l-Avukat Alfred Abela.

Ekonomija

Sport