Saturday, May 4, 2024

Taljana tweġġa’ gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bi scooter

Aqra wkoll

Taljana ta’ 18-il sena weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tan-12.30p.m. fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm it-tfajla ta’ 18-il sena, u Audi A3, li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Portugall ta’ 38 sena residenti l-Gżira.

It-tfajla ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport