Saturday, June 27, 2026

Taqa’ ġebla kbira fuq Kemmuna… għaddejja tfittxija għal persuni feruti

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab informat li ftit tal-ħin ilu waqgħet ġebla kbira Kemmuna u s’issa mhux magħruf kemm hemm persuni feruti. Sorsi qalulna li persuna twasslet fil-port tal-Imġarr ftit tal-ħin ilu.Il-persuna hija li ta’ nazzjonalità barranija u daħħlet l-Ispar ta’ Għawdex

Sorsi qalulna li ftit wara instabet persuna oħra u din ġiet salvata mill-Forzi Armati. Se tkun qiegħda tidaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fil-ħin li ġej.

Aktar minn hekk, il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin bit-tfittxija għal aktar persuni li jista’ jkun hemm taħt din il-ġebla li waqgħet.

Aktar dettalji malli jkollna…

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport