Polyniki Emmanouilidou, l-atleta Griega ta’ 23 sena li bħalissa tinsab fis-16-il post fost l-aqwa sprinters tal-200m fl-Ewropa, waslet Malta biex titħarreġ taħt il-kowċ Malti Steve Camilleri.
Polyniki hija Champion tal-Greċja fil-100m u fil-200m, rebħet tliet midalji fil-Logħob tal-Mediterran, u laħqet is-semi-finali kemm fl-Olimpjadi kif ukoll fil-Kampjonati Dinjija, fost bosta unuri oħra.
Fost bosta unuri oħra, inkluża midalja fil-Kampjonati Ewropej Under-23. Polyniki hija l-ewwel atleta internazzjonali barranija li ngħaqdet mal-grupp ta’ Camilleri.
B hin ta 11.21sec fil 100m, Polyniki se tingħaqad mal-grupp ta’ Camilleri, li fost oħrajn jinkludi lill-atleti lokali Claire Azzopardi u Graham Pellegrini, iċ-champions nazzjonali tal-100m u tal-200m.




