Wednesday, April 24, 2024

Tfajjel f’Minnesota joqtol tifel ta’ 5 snin b’tir bi żball waqt li kien qed jagħmel filmat għall-midja soċjali

Aqra wkoll

Aħbar traġika minn ġewwa Minnesota hekk kif tifel ta’ ħames snin safa maqtul b’tir bi żball minn tfajjel ta’ 13-il sena. Il-pulizija tal-post qalu li t-tfajjel spara t-tir bi żball waqt li kien qed iżomm pistola biex jagħmel filmat għall-midja soċjali.

L-uffiċjali ppruvaw jagħmlu dak kollu li jistgħu u taw l-ewwel għajnuna, madanakollu, it-tifel miet fuq il-post. Rapporti qalu li t-tifel intlaqat minn tir f’rasu.

Minn investigazzjoni preliminari, jidher li t-tfajjel, flimkien ma’ diversi żgħażagħ oħra, kienu qed jilgħabu bil-pistola ġewwa d-dar hekk kif kienu qed jippruvaw jiġbdu filmat biex jippubblikawh fuq il-midja soċjali. 

Għadu mhux ċar eżattament liema ċirkustanzi wasslu għall-isparatura, iżda l-Pulizija qalet li f’xi ħin li t-tfajjel spara l-pistola u laqat lit-tifel ta’ 5 snin. Żiedet tgħid li l-investigaturi jemmnu li l-isparatura kienet waħda aċċidentali.

It-tfajjel ġie arrestat filwaqt li l-investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ għadha għaddejja.

Sport