Tfajla fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet minn fuq e-kick scooter f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li tfajla ta’ 15-il sena li kienet qed
issuq e-kick scooter, tilfet il-kontroll u nqalbet. It-tfajla ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji. Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport