Sunday, September 8, 2024

Tfal jitgħallmu aktar dwar is-sostenibbiltà fl-ECOHIVE Academy

Aqra wkoll

Mifruxa fuq seba’ lokalitajiet madwar Malta, l-inizjattiva ‘Ikber Magħna’, l-ewwel proġett tal-Optimist Club of Malta, issa tinsab fit-tielet sena konsekuttiva tagħha.

‘Ikber Magħna’ huwa proġett li nħoloq bil-għan li jgħin lit-tfal tal-iskejjel primarji fl-istudji u x-xogħol tad-dar tagħhom lil hinn mill-ħin tal-iskola. Attivitajiet edukattivi barra l-kurrikulu isiru regolarment, bil-għan li jħeġġu lil dawn it-tfal jiffjorixxu lil hinn mill-ħin tal-iskola u jipprovdulhom esperjenzi ta’ valur ta’ bini tal-karattru.

Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Lulju, tfal mis-seba’ ċentri ta’ ‘Ikber Magħna’—Birgu, Ħamrun, Marsa, Msida, Swieqi, Valletta, u Raħal Ġdid—ittieħdu fuq ħarġa fl-ECOHIVE Academy f’Marsaskala. Ċentru ġdid interattiv u edukattiv ta’ WasteServ bil-għan li jżid l-għarfien dwar l-immaniġġjar tal-iskart u s-sostenibbiltà permezz ta’ logħob diġitali u materjali awdjoviżivi oħra. 

B’enfasi li tippermetti lit-tfal joħolqu l-ideat tagħhom stess b’mod impenjattiv u pjaċevoli, l-Ecohive Academy għandha l-għan li trawwem għarfien qawwi tas-sostenibbiltà fit-tfal. Mill-enerġija rinnovabbli sal-kompost, kull idea titwettaq permezz ta’ attivitajiet li jinkoraġġixxu l-ħsieb kritiku u l-kreattività.

Dakinhar, it-tfal miċ-ċentri ta’ ‘Ikber Magħna’ ngħataw l-opportunità li jesploraw il-faċilità u jitgħallmu aktar dwar l-immaniġġjar u t-tnaqqis tal-iskart.  Grazzi għal Maypole u Consolidated Biscuits, it-tfal setgħu wkoll jilagħbu u jieklu barra l-akkademja. It-tfal ingħataw fliexken li jimtlew, bil-logo ta’ ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’ biex iħeġġuhom jużaw inqas plastik, fi sforz biex jitgħallmu dwar l-impatt negattiv tal-plastik li jintuża darba.

Biex l-attivitajiet tal-ġurnata jkunu kompluti, il-WasteServ, l-organizzazzjoni nazzjonali ta’ Malta għall-immaniġġjar tal-iskart u l-ħallieqa tal-ECOHIVE Academy, ippreżentaw lit-tfal b’goodie bag kull wieħed.

Għal aktar informazzjoni dwar Optimist Club of Malta u l-proġett ‘Ikber Magħna’ jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sinjura Rita Micallef fuq 7909 3467 jew żur https://www.facebook.com/Optimist-Club-of-Malta-109243067430738

Ekonomija

Sport