Tfajla ta’ 21 sena residenti l-Qrendi qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Ġuzè Duca, f’Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kawazaki Ninja misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.