Friday, April 26, 2024

Tgħid għandna koppja oħra ta’ Love Island li ħassret .. Mimi u Cruyff?

Aqra wkoll

Mimi u Cruyff kienet waħda mill-koppji favoriti ma’ bosta telespettaturi li segwew Love Island Malta. Mil-bidu sakemm eventwalment ġew eliminati, bosta kienu dawk li faħħruhomu li baqgħu isewguhom anke wara li ġie fi tmiemu l-vjaġġ tagħhom f’Love Island Malta.

Fuq il-paġna ta’ Instagram, kienu bosta dawk li saqsew lil Mimi jekk għadiex ma’ Cruyff. Hija irrispondiet billi qalet li wara l-ispettaklu, il-ħajja għandha tkompli u għalhekk, ġieli jagħti l-każ li ċertu affarijiet jinbidlu.

Hija żiedet tgħid li kemm hi u kif ukoll Cruyff għamlu qbil, liema iddiskrevietu bħala wieħed li se jkun l-aħjar għat-tnejn li huma. Qalet ukoll li tittama li s-segwaċi tagħha jifhmu d-deċiżjoni li ttieħdet.

Dan filwaqt, li irringrazzjat lil dawk kollha li taw l-appoġġ tagħhom kemm lilha kif ukoll lil Cruyff bħala koppja f’Love Island Malta.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport