Fl-aħħar ħinijiet tħabbret il-mewt tal-Professur Edwin Grech li hu missier Karin Grech li kienet inqatlet permezz ta’ ittra bomba indirizzata lilu.
Il-Professur Grech kien Membru fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista f’żewġ leġiżlaturi bejn l-1992 u l-1996 u bejn l-1996 u l-1998. Hu serva wkoll bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali.
Il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ fuq il-midja soċjali filwaqt li sellem il-memorja tal-Prof. Grech qal li dan kien persuna li ta kollox għal pajjiżu u għall-pazjenti li tant kellu għal qalbu.
“Għamel dan mill-Professjoni u mill-politika. Għamel sagrifiċċji kbar u għax ġab lil ħaddieħor qablu spiċċa ħallas bil-qtil ta’ bintu Karin. Il-Professur Grech u dak li għamel għal pajjiżna ma jintesa’ qatt,” kiteb il-Prim Ministru.