Monday, August 31, 2026
Home Sport Tħejjija għall-istaġun il-ġdid tal-Futsal

Tħejjija għall-istaġun il-ġdid tal-Futsal

0
74

Il-preparamenti għall-istaġun il-ġdid tal-futsal 2026/27 komplew fi tmiem il-ġimgħa b’seminar dwar il-Laws of the Game li sar fin-National Sport School f’Pembroke.

Għas-seminar kien hemm attendenza tajba ħafna, bil-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali tal-klabbs, coaches u rappreżentanti tal-players kemm minn timijiet li qed jirritornaw kif ukoll minn dawk ġodda li se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-irġiel u tan-nisa.

Is-sessjoni tmexxiet minn Gjergji Bitri, li spjega l-aħħar aġġornamenti fil-liġijiet tal-logħba, il-protokolli li għandhom jiġu segwiti waqt il-partiti u l-interpretazzjonijiet li se japplikaw matul l-istaġun.

Matul l-istaġun se terġa’ tkun qed tintuża wkoll is-sistema ta’ Video Support (VS) fil-futsal, wara li din it-teknoloġija kienet introdotta fil-kompetizzjonijiet domestiċi fl-istaġun li għadda.

Futsal Malta tixtieq tirringrazzja b’mod speċjali lill-Malta Football Association għall-assistenza u l-kollaborazzjoni tagħha fit-tħejjija ta’ dan is-seminar, kif ukoll għall-appoġġ kontinwu tagħha fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet tal-futsal matul is-sena.

B’attendenza b’saħħitha għas-seminar u t-timijiet għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom, kollox jinsab miexi lejn il-bidu tal-istaġun il-ġdid tal-futsal Malti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here