Tuesday, January 21, 2025

Tħejjijiet fl-aqwa tagħhom għal Miss u Mr World Malta 2025

Aqra wkoll

Għal darb’ohra tħejjijiet għall-avvenimnet ta’ din is-sena ta’ Miss u Mr World Malta by Zardetto jinsabu fl-aqwa tagħhom. Din is-serata se ssir fl-4 ta’ Ġunju ġewwa l-Birgu u se tixxandar live fuq l-istazzjon One. 

Ħamsa u għoxrin tfajla u 15-il ġuvni minn lokalitajiet different inkluż mill-gżira ta’ Għawdex se jikkompetu b’ċans li jirbħu dan it-titlu biex jirrapreżentaw lil Malta fil-konkors Miss World u Mr World separatament. 

Nistgħu ngħidu li dawn it-tfajliet u ġuvintur jiġu magħżula fuq bażi ta’ edukazzjoni u personalitá apparti mis-sbuħija tagħhom.

Dan l-avveniment lokali jiġi organizzat ta’ kull sena minn Modelle International fejn huma liċenzjati minn Miss World Jersey Ltd li jkollhom id-dritt li jtellgħu t-tfajla u l-ġuvni magħżula barra minn xtutna.

Il-parteċipanti kollha jgħadu minn stħarriġ ta’ livell għoli fejn jieħdu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom il-‘Beauty with a Purpose’ li hija slogan li tista’ tintuża biss minn min hu liċenzjat minn Miss World Jersey Ltd. It-tema ta’ din is-sena għal darb’oħra se tkun dedikata lil “The Malta Trust Foundation” fejn se jiġu organizzati diversi attivitajiet bejn il-kontestanti nfushom. Dik it-tfajla li tkun ħadmet l-aktar tiġi ppreżentata bit-titlu ta’ ‘Beauty with a Purpose’, waqt is-serata finali.

Se naraw ukoll il-kontestanti kollha jieħdu sehem f’diversi promozzjonijiet u photoshoot fejn se jkunu qed jiltaqgħu ukoll mat-tim kollu li jkun qed jieħu ħsieb il-kontestanti matul il-preparamenti tagħhom relatati ma’ moda u sbuħija.

Dawn huma opportuntajiet tajbin ħafna fejn it-tfajliet u l-ġuvintur Maltin jistgħu jieħdu sehem fihom, fejn tirrigwardja l-personalitá li hija importanti ħafna f’dan il-kuntest, u apparti hekk tkun qed tieħu esperjenza ġdida u titgħallem aktar dwar suġġetti differenti.

L-eleganza ma tonqosx waqt is-serata finali fejn il-kontestanti apparti li jiġu ġġudikati fuq il-personalitá tagħhom ikollhom ukoll sfilata bi ħwejjeġ eleganti fejn jintgħazlu ħames finalisti tfajliet u ħames finalisti ġuvintur biex jimmudelllaw bil-malji fejn finalment minnhom jintgħażlu r-rebbieħa ta’ din is-sena.

Edizzjoni speċjali ta’ ‘Gateway To Miss World’ se tixxandar ġimgħa biss qabel is-serata finali ppreżentata minn Claudia Calleja bi produżzjoni ta’ Modelle International.

Insellmu wkoll lir-rebbieħa renjanti Nicole Spiteri u Slaven Micallef li kienu r-rebbieħa fl-edizzioni ta’ Miss u Mr World 2024 u se jkunu qed iċedu dan it-titlu.

Grazzi speċjali tmur lill-Kunsill Lokali tal-Birgu! Aħna nawguraw lill- kontestanti kollha!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport