Saturday, May 4, 2024

Tifel ta’ sentejn jinstab mejjet ħdejn il-katavru ta’ missieru

Aqra wkoll

Bronson Battersby, tfajjel ta’ sentejn instab mejjet mindud liebes il-piġama tiegħu ta’ Pudsey bear ħdejn il-katavru ta’ missieru Kenneth ta’ 60 sena. Hu maħsub li l-missier miet wara li sofra attakk tal-qalb l-għada tal-Milied. It-tfajjel tħalla fid-dlam mingħajr ikel u ilma għal kważi ġimagħtejn sħaħ.

Dan il-każ traġiku tfaċċa wara li ħaddiem soċjali marret fil-proprjetà mikrija fit-2 ta’ Jannar għal żjara ta’ rutina iżda meta ħabbtet fuq il-bieb ma kienx hemm tweġiba u għalhekk ikkuntattjat lill-pulizija. Hija rritornat jumejn wara iżda xorta ma kien hemm l-ebda risposta u reġgħet ikkuntattjat lill-pulizija.

Ħamest ijiem wara, finalment irranġat biex tikseb ċavetta mingħand sid il-kera biex tiċċekkja jekk kollox kienx sew.

Meta daħlet ġewwa d-dar fi Skegness, Lincolnshire, fid-9 ta’ Jannar, sabet li kemm Kenneth kif ukoll Bronson, li kienu meqjusa bħala vulnerabbli u li kienet iżżurhom kull ġimgħa, kienu mejtin.

L-ewwel riżultati tal-awtorpsja wrew li Bronson miet minn deidrazzjoni u ġuħ, filwaqt li Kenneth miet b’attakk tal-qalb.

Il-kelb domestiku tagħhom Skylar, tar-razza boxer, baqa’ ħaj iżda kien irqaq ħafna u dgħajjef.

Omm it-tarbija, wara s-sejba taż-żewġ kadavri kkummentat illi kieku s-servizzi soċjali għamlu xogħolhom sew Bronson kien jibqa ħaj. Hija, l-aħħar li rat lil binha kien qabel il-Milied. Huwa maħsub li l-mewt tal-missier seħħċembru.

Bronson deher ħaj l-aħħar darba meta ġara xejret liċ-ċkejken wara li ċċekkjat liż-żagħżugħ u lil missieru l-għada tal-Milied. Fil-fatt irriżulta li Kenneth kien bagħat messaġġ lil ġara biex jirringrazzjaha talli kienet qed tieħu ħsiebhom u ddeskrieva dik l-għajnuna bħala li kienet tfisser ħafna għalih u għal ibnu Bronson.

Sport