Sunday, November 24, 2024

Tim mediku jsalva id ta’ ħaddiem wara li nqabditlu f’magna f’fabbrika fix-Xewkija

Aqra wkoll

Marokkin ta’ madwar 40 sena kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tat-8:00 a.m sab ruħu f’diffikultà waqt ħidma f’fabbrika f’Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel spiċċa b’idu maqbudha f’magna tal-ħasil f’fabbrika fiż-żona industrijali tax-Xewkija. 

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li taw assistenza immedjata lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar.

Għalkemm s’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu dan is-sit jinsab infurmat li fortunatament jidher li b’intervent immedjat rnexxielhom isalvawlu idu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport