Saturday, December 21, 2024

Tinġabar is-somma sabiħa ta’ €21,075 waqt l-MDRA for Charity b’risq il-Malta Autism Centre

Aqra wkoll

“Kull parti żgħira jew kbira kienet ħolqa mill-katina li tgħaqqad l-MDRA for Charity 2024 . Kull kontribut wassal għal somma sabiħa u record ġdid għalina. Naf li qatt mhu biżżejjed biex tgħin centru bħal The Malta Autism Centre imma mil li stajna għamilna. Mela grazzi għal kullħadd is somma kienet €21,075”

Dan iddikjarah Mario Mifsud, ir-raġel li permezz tal-għajnuna minn entitajiet differenti u mill-pubbilku, organizza dan l-avveniment. Fl-istess messaġġ fuq Facebook, irringrazzja lill-dawk in-nies kollha li taw kontribut u li mingħajr l-għajnuna tagħhom, xejn ma kien ikun possibli.

Mifsud irrimarka li m’hemmx mod biżżejjed biex jgħid grazzi lil kull min tela’ bil vettura tieghu u lil kul min kien preżenti fl-esebizzjonijiet bil-vetturi tiegħu. Spjega kif avveniment bħal dan kellu l-għan li d-dilettantii jiċċelebraw il-Motorsport, li skontu xi kultant, l-awtoritajiet ma jarawx il-potenzjal tiegħu

Temm jgħid li l-għan aħħari tal-messaġġ huwa sabiex ikompli joħloq għarfien ta’ kemm hemm bżonn għajnuna u kif wieħed jista’ jagħti l-kontribut tiegħu.

Ekonomija

Sport