Tinsteraq il-mitre tal-bust tal-fidda ta’ San Gennaro 

0
1

Fl-aħħar sigħat il-midja Taljana qiegħda tirraporta li kienet għadha kemm insterqet il-mitre li hemm fuq il-bust tal-fidda ta’ San Gennaro mill-Katidral ta’ Napli.

Dan il-bust u ta’ devozzjoni kbira hekk kif eluf kbar ta’ persuni kuljum imorru jitolbu quddiemu.

Skont dak irraportat, fil-Katidral daħal raġel, baqa’ tiela’ fuq l-artal, resaq lejn il-bust u ħa l-mitre. Hu baqa’ ħiereġ ‘il barra mill-Katidral u mexa lejn it-toroq ewlenin ta’ Napli.

Persuna li kienet fil-Katidral rat dan kollu jseħħ quddiemha u kienet hi li ċemplet lill-pulizija. Uffiċjali tal-Pulizija qalu li kien u arrestaw raġel ta’ 43 sena li ġej minn pajjiż terz b’suspetti kbar li kien hu li seraq il-mitre.

S’issa mhux magħruf jekk il-mitre li tiswa eluf kbar ta’ ewro nstabitx.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here