Fl-aħħar ħinijiet tħabbret il-mewt tad-DJ Ray Vincent Suda. Kienet oħti li ħabbret dan fuq il-midja soċjali.
Hu jibqa’ magħruf għal diversi serati ta’ karaoke li kien jagħmel madwar Malta. Hekk kif tħabbret il-mewt tiegħu, kienu mijiet ta’ ammiraturi li sellmu l-memorja tiegħu.
Ftit tal-jiem ilu Ray tella’ filmat fuq il-midja soċjali fejn kien qal li ma tantx fadallu ħajja. Kien qal li l-ugiegh mhu jieqaf qatt. Fl-aħħar messaġġ hu kien irringrazzja lil dawk kollha li kienu attendew għal karaoke tiegħu filwaqt li bit-tbatija kien lissen “inhobbkom għal dejjem ta’ dejjem”.