Sunday, November 24, 2024

Titħabbar il-mewt tal-Avukat Joe Brincat

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-Avukat u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Joe Brincat li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 81 sena.

L-Avukat Brincat kien mill-Marsa u serva bħala Ministru tal-Ġustizzja, Artijiet u Djar bejn Lulju 1979 u Diċembru 1981.

L-Avukat Brincat kien ukoll kontributur regolari fuq numru ta’ gazzetti fosthom f’It-Torċa fejn kien jagħti l-opinjonijiet tiegħu dwar temi kurrenti.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu hemm il-Prim Ministru Robert Abela u diversi membri parlamentari oħrajn.

Sport