Sunday, July 5, 2026

Tiżdied il-kollaborazzjoni bejn il-Pulizija Maltija u Korpi Ewropej 

Aqra wkoll

Il-Pulizija Maltija qed iżżid il-Koperazzjoni ma’ Korpi tal-Pulizija minn pajjiżi Ewropej. 

Wara li f’Ġunju tas-sena li għaddiet, pulizija Maltin assistew f’ħidma ta’ sigurtà mal-Pulizija Franċiża fi Franza, bħala parti minn konferenza tan-Nazzjonijiet Magħquda, matul dan ix-xahar se jkun hawn f’pajjiżna, pulizija Franċiż li se jkun qed jassisti l-Korp tal-Pulizija. 

F’Awwissu, se jkun hawn ukoll f’pajjiżna pulizija Taljani, li l-istess se jkunu qegħdin jakkumpanjaw lill-uffiċjali Maltin. 

L-uffiċjali barranin se jkunu lebsin l-uniformi tagħhom, mhux se jkunu armati u m’għandhom l-ebda poteri eżekuttivi. Huma joperaw flimkien mal-kollegi Maltin f’patrols preventivi u dmirijiet relatati mal-ordni pubbliku. 

It-talba biex Korpi tal-Pulizija barranin, permezz ta’ skambji, jibgħatu uffiċjali f’pajjiżna turi lkollaborazzjoni kbira li teżisti bejn il-forzi tal-ordni rispettivi.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport