Thursday, December 26, 2024

Tkompli l-isfida ta’ Fabio Spiteri biex jinġabru fondi għax-xelters tal-annimali

Aqra wkoll

Xahrejn ilu, Fabio Spiteri waqqaf rekord nazzjonali ġdid billi temm tellieqa tat-triathlon tal-Quintuple fi 92 siegħa. Azzjoni notevoli li mhux biss li wriet d-determinazzjoni inkredibbli tiegħu iżda li tenfasizza wkoll il-passjoni tiegħu lejn l-annimali, li spiratu biex iniedi Project 100.

Bħala sid ta’ madwar 13-il annimal domestiku u wiehed li jghati hin volontarju f’xelters lokali, Spiteri huwa konxju sew tal-isfidi li jiffaċċjaw ix-xelters tal-annimali biex ikopru spejjeż bażiċi bħall-kera, dawl u ilma, l-ikel, u l-kontijiet veterinarji. Huwa osserva wkoll iz-żieda inkwetanti fin-numru ta’ klieb abbandunati din is-sena, li ħafna minnhom ma kinux microchipped, u li żiedet il-piż fuq dawn ix-xelters.

“Project 100 ġie mniedi biex jinġabru €100,000 biex jiġu appoġġjati xelters tal-annimali f’Malta,” spjega Spiteri. “Il-fondi se jintużaw biex jinxtraw mediċini u ikel għal aktar minn 40 xelter lokali u feeders tal-qtates. Bi pjaċir ngħid li diġà ġbarna terz ta dan l-ammont, iżda nittama li l-ġenerożità tal-pubbliku tintwera sew fil-jiem li gejjin sabiex nkunu nistgħu nilħqu l-ammont sħiħ.”

Ir-rizultat ta’ Spiteri fit-triathlon Quintuple ma kinitx biss trijonf personali imma pass lejn sfida saħansitra akbar: id-Deca. Din hija waħda mill-aktar avvenimenti ta’sfida fid-dinja, li jikkonsisti f’għawma ta’ 38 kilometru; 1,800 kilometru fuq ir-rota; u ġirja ta’ 422 kilometru. 

L-għan aħħari ta’ Spiteri hu li jlesti d-Deca filwaqt li jiġbor il-fondi li fadal meħtieġa biex jilħaq il-mira tiegħu ta’ €100,000.   S’issa, huwa ġabar €30,000, iżda bid-Deca fil vicin, huwa determinat li jimbotta kemm il-limiti fiżiċi tiegħu kif ukoll l-isforzi tiegħu ghal ġbir ta dawn il-fondi. 

Fl-1 ta’ Settembru, Spiteri se jkun wieħed minn għaxar parteċipanti biss f’Lago di Garda, l-Italja, fejn hu ser jipprova jispicca tiġrija li hija għaxar darbiet it-tul ta’ triathlon fuq distanza tal-Ironman (Għawm 3.8km, Rota 180km, Ġirja 42.2km).

“Dawn id-distanzi jittestjaw il-ġisem tal-bniedem sal-limiti assoluti tiegħu, li jeħtieġu mhux biss saħħa fiżika iżda wkoll saħħa mentali. ” irrimarka Spiteri, li pprova l-ewwel id-Deca is-sena l-oħra fil-Brażil. 

Dak l-attentat spiċċa f’diżappunt meta f’infezzjoni ġieghlitu jirtira u jibda trattament antibijotiku aggressiv.

Din is-sena, iżda, Spiteri huwa ffukat aktar minn qatt qabel. L-għan tiegħu huwa li jsir l-ewwel atleta Malti li lesta d-Deca u jingħaqad mal-grupp elite ta’ inqas minn 100 persuna madwar id-dinja li wettqu din l-avveniment.

It-taħriġ ta’ Spiteri għad-Deca kien sfida mentali daqskemm fiżika. “L-aktar aspett diffiċli ma kienux is-sigħat twal ta’ għawm, ċikliżmu, u ġiri, iżda s-sħana qawwija” innota Spiteri. 

Il-biċċa l-kbira tas-sessjonijiet ta’taħriġ tiegħu saru bil-lejl biex jiġu evitati t-temperaturi shan matul il-ġurnata, iżda anke l-umdità baqgħet għolja f’30-31 gradi, u għamel il-kundizzjonijiet iebsin hafna. 

S’issa, l-itwal għawma tiegħu kienet ta’ 30 kilometru – f’pixxina ta’ 50 metru, waqt maratona tal-għawm ta’ 12-il siegħa. Huwa tella l-kilometraġġ taċ-ċikliżmu gewwa Sardegna, fejn kopra 1,000 kilometru f’ħamest ijiem. Barra minn hekk, Spiteri lesta bosta dawriet bir-rota madwar Malta, kull wieħed jammontaw għal 130 kilometru, sabiex biex jibni r-reżistenza tiegħu.

Hekk kif toqrob il-ġurnata tat-tellieqa, Spiteri stqarr li hu mimli eċċitament kif ukoll xi hsiebijiet dwar l-isfida monumentali li ser toffri d-Deca. 

“Id-Deca tirrappreżenta sfida monumentali, iżda bil-lezzjonijiet meħuda mill-attentat tas-sena l-oħra u t-taħriġ rigoruż, nhossni ippreparat aħjar biex niffaċċjaha. “

Spiteri esprima l-gratitudni tiegħu lejn numru ta’ entitajiet li ilhom jappoġġjaw l-isforzi tiegħu – jiġifieri Royal Canin Malta, GasanMamo Insurance, Betclic, Visit Malta u ProUp.  Flimkien ma dawn l-entitajiet li qedin joffru l-appogg taghhom lejn Project 100 hemm Wheel Wizard (Malta), Eurosport Malta, Garmin Malta, Go&Fun Green Energy Drink, ABUS Cycling, Rise Physio +, For A Cause Events, masseur Philip Cachia, 24/7 Fitness Club, Waggo’s u Kuluri. 

Donazzjonijiet jistghu jinghataw permezz dawn il-mezzi. 

Revolut: +356 99816248 

Paypal: [email protected]

Paypal: https://paypal.me/RealAnimalRights?locale.x=en_US

Donazzjoniji permezz ta’ SMS € 2.33 | 50617312 

€ 4.66 | 50618075 

€ 6.99 | 50618923 

€ 11.65 | 50619260 

Transfer Bankarju

BOV IBAN : MT40VALL22013000000050010082877

Ekonomija

Sport