Saturday, January 11, 2025

Tmut it-tfajla ta’ 24 sena li ttajret minn vann fil-Fgura

Aqra wkoll

Sfortunatament, il-mara ta’ 24 sena fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha fl-Isptar
Mater Dei.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Fis-7 ta’ Jannar : Mara fil-periklu tal-mewt u oħra bi ġrieħi gravi f’inċident fil-Fgura

Mara ta’ 24 sena qed issofri minn ġrieħi serji, filwaqt li mara oħra ta’ 34 sena qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m, kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Hompesch fil-Fgura.


Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żewġ nisa, intlaqtu minn Toyota Hilux li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 20 sena residenti Birżebbuġa.

Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdu l-isptar b’ambulanza.


Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ filgħaxija: Żewġ persuni l-Isptar wara li ttajru minn vann fil-Fgura

Żewġ persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8.00pm ittajru minn vann fi Triq Hompesch fil-Fgura.

Fuq il-post mar tim mediku li ħadu lill-persuni l-Isptar, iżda l-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport