Monday, December 9, 2024

Tnejn iweġġgħu gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm, fi Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li anzjan ta’ 70 sena minn Ħaż-Żabbar, intlaqat minn Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fit-tieni inċident, li seħħ għall-ħabta tas-1.00am, raġel ta’ 42 sena, residenti Birżebbuġa, weġġa’ fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Jirriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku assista fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport