Saturday, December 21, 2024

Tnejn l-isptar wara inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Birkirkara

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-4.00pm meta fil-bypass ta’ Birkirkara seħħ inċident tat-traffiku fejn mill-inqas żewġ persuni kellhom jiddaħlu l-isptar.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi tant li baqa’ fuq il-post, iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal mara ta’ 42 sena residenti l-Imsida u tifel ta’ 11-il sena.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna liż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

It-triq kienet magħluqa għal xi ħin għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tal-persuni li ddaħlu l-isptar s’issa għadha mhix magħrufa, iżda hu eskluż li jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Il-pulizija qiegħda tinvestiga dan il-każ.

Ekonomija

Sport